(MT)
Ċivili:- Għajnuna u rappreżentanza legali f’azzjonijiet ċivili quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta, Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex (attribuzzjoni inferjuri u superjuri), Prim Awla tal-Qorti Ċivili, Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Qorti Ċivili (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja), u Qorti tal-Appell fi kwistjonijiet dwar żwieġ, familja, separazzjonijiet, filjazzjoni, proprjeta’, suċċessjoni, kuntratti u kif ukoll azzjonijiet għal-danni, u kwistjonijiet ċivili oħra.
Kriminali:- Għajnuna u rappreżentanza legali fi proċeduri kriminali quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali, quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti Struttorja, quddiem il-Qorti Kriminali u quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali għall-imputazzjonijiet u akkużi għal-kontravvenzjonijiet u reati kriminali.
Kummerċjali:- Għajnuna u rappreżentanza legali f’azzjonijiet quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni Kummerċjali) fi kwistjonijiet dwar soċjetajiet, kumpanijji, doveri ta’ uffiċjali, ishma, stalċ, qsim ta’ kumpanniji, u kwistjonijiet relatati. Għajnuna wkoll għall-formazzjoni ta’ soċjetajiet u kumpannijji u bidliet fl-istruttura tagħhom, u emendi fil-memorandum u/jew fl-artikoli tal-assoċjazzjoni.
Amministrattivi, Kostituzzjonali u Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem:- Għajnuna u rappreżentanza legali f’azzjonijiet quddiem il-Qorti Ċivili għal-stħarriġ ġudizzjarju ta’ azzjoni amministrattiva, f’azzjonijiet quddiem tribunali u bordijiet u entitajiet oħra kważi-ġudizzjarji, f’azzjonijiet quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, Qorti Kostituzzjonali u quddiem il-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fosthom dwar id-dritt għall-ħajja, projbizzjoni tat-tortura, protezzjoni mill-iskjavitu’ u mill-ħidma forzata, dritt għal-liberta’ u sigurta, dritt għall-proċediment ġust u smiegħ xieraq, dritt għall-ħajja privata u tal-familja, liberta tal-ħsieb, kuxjenza, reliġjon u espressjoni, liberta tal-assemblea u assoċjazzjoni, id-dritt għaż-żwieġ, għar-rimedju effettiv u għall-protezzjoni mid-diskriminazzjoni.
Riżoluzzjoni ta’ Kontroversji permezz ta’ Metodi Alternattivi:- Għajnuna u rappreżentanza legali f’medjazzjoni, konċilljazzjoni, negozjati u transazzjonijiet, ilmenti quddiem l-Ombudsman, arbitraġġ, bordijiet ta’ oġġezzjoni, eċċ.
Oħrajn:- Riċerka legali, abbozzar ta’ kuntratti u dokumenti legali oħrajn, materja ta’ compliance u għajnuna oħra relatata.
(EN)
Civil:- Assistance and legal representation in civil actions before the Court of Magistrates of Malta, the Court of Magistrates of Gozo (inferior and superior attributions), First Hall of the Civil Court, Civil Court (Family Section), Civil Court (Section of Voluntary Jurisdiction), and Court of Appeal in causes relating to marriage, family, separation, filiation, property, succession, contracts, as well as those relating to actions for damages and other civil causes.
Criminal- Assistance and legal representation in criminal procedures before the Court of Magistrates as a Court of Criminal Judicature, before the Court of Magistrates as a Court of Inquiry, before the Criminal Court, and before the Court of Criminal Appeal for charges and accusations relating to contraventions and criminal offences.
Commercial:- Assistance and legal representation in actions before the Civil Court (Commercial Section) in causes relating to partnerships, companies, duties of officers, shares, liquidation, division of companies, and related causes. Assistance in the formation of partnerships or companies, changes in the structure thereof, and amendments to the memorandum and articles of association.
Administrative, Constitutional and Fundamental Human Rights:- Assistance and legal representation in actions before the Civil Court for judicial review of administrative action, in actions before tribunals and boards and other quasi-judicial bodies, in actions before the First Hall of the Civil Court, before the Constitutional Court and before the European Court of Human Rights on matters related to the right to life, prohibition of torture, protection from slavery and from forced labour, right to liberty and security, right to a fair trial, right to respect for private and family life, freedom of thought, conscience, religion, and expression, freedom of assembly and association, right to marry, right to an effective remedy, and protection from discrimination, among others.
Alternative Dispute Resolution:- Assistance and legal representation in mediation, conciliation, negotiations and transactions, complaints before the office of the Ombudsman, arbitration, objection boards, etc.
Other:- Legal research, drafting of contracts and other legal documents, compliance issues and similar.